Victor Sciriha u Jesmond Zerafa mistiedna f Valletta Side Published on: 08-05-2012

Il-mistiedna għal Valletta Side programm numru 32 mhu se jkunu ħadd għajr il-President ta' Valletta FC Victor Sciriha kif ukoll il-kowċ ta' Valletta FC Jesmond Zerafa.

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier - ir-rebha ta' 1-0 kontra l-arċi-rivali eterni Floriana,  l-aħħar logħba li Valletta jmisshom mill-kampjonat kontra r-rivali Hibernians kif ukoll ir-rebħ tal-kampjonat in ġenerali..

Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma' plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer u illum President tal-MFA Norman Darmanin Demajo fejn se tixxandar l-ewwel parti tagħha, il-ġimgħa ta' wara tkun qed tixxandar it-tieni parti. Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta' Valletta FC se jkollhom il-possibiltà li jaghmnlu telefonati diretti fil-programm biex isaqsu mistoqsijiet kemm lil Victor Sciriha kif ukoll lil Jesmond Zerafa.

Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta' li jibghatu sms's li jinqraw waqt il-programm minn Marion Evelyn Cassar.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta' Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta' Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta' George Tabone u produzzjoni ta' Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.