Valletta Youth Nursery Summer Camp Presentation Night Published on: 21-08-2013

Il-kumitat tal-Valletta FC Youth Nursery qiegħed jorganizza Summer Party fis-Salinos Grounds fit-30 t’Awwissu 2013. Dan ser isir biex inkomplu nżommu l-kuntatt bejnietna ukoll fis-Sajf u biex nagħlqu s-Summer Camp li kien suċċess. F’din il-lejla ser tingħata tifkira lil dawk kollha li ħadu sehem fis-Summer Camp.
Il-Prezz għal dan is-Summer Party ser ikun ta’ €10 għal kbar filwaqt li t-tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn. Biex tibbukjaw tistgħu tkellmu lil xi persuna tal-kumitat jew tibagħtu email fuq stewartsaid3@gmail.com. Għal aktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil membri tal-kumitat.
Dan is-Summer Party mhux miftuħ biss għal dawk li attendew is-Summer Camp iżda għal kulħadd. Nixtiequ naraw kemm jista’ jkun nies biex inkomplu inkabbru l-familja tagħna.
Filwaqt li ninsab ċert li ser tattendu f’isem il-kumitat nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom.
Tislijiet
Stewart Said
Segretarju/Administrator
Valletta FC Youth Nursery