Valletta Side Programme 28 Preview Published on: 09-04-2012

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra r-rivali Hibernians fejn permezz tar-rebħa ta' 3-2, Valletta għamlu pass deċisiv lejn ir-rebħ tal-kampjonat.
Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma' plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer Ray Sciberras. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll ma' partitarju ta' Valletta FC.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta' li jibghatu sms's li jinqraw minn Marion Evelyn Cassar waqt il-programm.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta' Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta' Mario Micallef.