Valletta Side jiddiskuti r-rebh tal-kampjonat Published on: 30-04-2012

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier - ir-rebha ta' 3-0 kontra Sliema Wanderers kif ukoll ir-rebħ tal-kampjonat in ġenerali - x'wassal biex Valletta jerġgħu jkunu inkurunati champions ghat-2 sena konsekuttiva u ghall-21 darba fl-istorja glorjuża tagħhom.
Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma' plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks goalkeeper Saviour Darmanin. Lejn l-aħħar tal-programm bhal ma jsir kull hmistax issir telefonata wkoll ma' partitarju ta' Valletta FC.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta' li jibghatu sms's li jinqraw waqt il-programm minn Marion Evelyn Cassar.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta' Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta' Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta' George Tabone u produzzjoni ta' Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.