Valletta Side jiddedika l-programm lill-partitarji Beltin Published on: 23-04-2012

Il-mistiedna ghal Valletta Side programm numru 30 se jkunu l-partitarji George Borg, Andrew Grima, Norman Hill u Charlton Scicluna.

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier - ir-rebha ta' 2-0 kontra r-rivali Birkirkara kif ukoll l-loghba li Valletta jmisshom kontra r-rivali Sliema Wanderers.

Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma' plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks goalkeeper Reggie Cini. Lejn l-aħħar tal-programm bhal ma jsir kull hmistax issir telefonata wkoll mat-team manager ta' Valletta FC Gerard Ellul.

Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta' li jibghatu sms's li jinqraw waqt il-programm minn Marion Evelyn Cassar.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta' Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta' Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta' George Tabone u produzzjoni ta' Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.