Valletta se jzommu lill-Argentin Published on: 17-01-2012

Wara li mpressjona fil-prova tieghu, il-klabb ta' Valletta ddecieda li jiffirma lill-midfielder Argentin ta' 24 sena, Nahuel Politano Jimenez, li kien fuq il-kotba tal-klabb Taljan tas-Serie D, Citta di Marino.

Jimenez, bhalissa jinsab l-Italja u mistenni li jigi lura Malta matul dawn il-jiem li gejjien bil-possibilta li jiddebutta, nhar is-Sibt li gej, fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy kontra Sliema Wanderers.

Sadanittant, il-Lilywhites habbru li l-attakant Nigerjan, Alfred Effiong, se jibqa' maghhom minkejja li seta' inghaqad ma xi klabb iehor.

Barra minn hekk, sorsi ta' min jorbot fuqhom qal lil dan il-gurnal li tezisti possibilta' li Valletta jgibu plejer minn Slovenja ghal prova.

Source: L-Orizzont