Valletta FC vs Red Star Belgrade - Avvizi ghall partitarji Published on: 08-07-2016



Il-Malta Football Association, f’isem Valletta FC, tavża li l-partita bejn Valletta FC u FK Crvena Zvezda (Red Star Belgrade), valida għat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni UEFA Champions  League, tintlagħab it-Tlieta 12 ta’ Lulju 2016, fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, u tibda fit-8.00pm.
 
L-MFA u Valletta FC javżaw lill-pubbliku li l-bejgħ tal-biljetti ta’ Valletta FC isir mill-klabb ta’ Valletta FC stess u mingħand ‘l-Amerikan’, kemm għall-membri ta’ Valletta FC u anki għall-partitarji Maltin. Il-membri ta’ Valletta FC u l-partitarji Maltin se jkunu allokati f’Side C tal-Hibernians Stadium. Valletta FC javżaw li l-bejgħ tal-biljetti hu wieħed limitat. Il-bejgħ tal-biljetti jibda minn għada l-Ġimgħa 8 ta’ Lulju mill-5.00pm u jintemm it-Tlieta 12 ta’ Lulju, f’12.00pm.
 
Il-partitarji ta’ FK Crvena Zvezda se jkunu allokati f’Side A u l-bejgħ tal-biljetti tad-dħul isir mit-‘ticket booth’, qabel il-partita.
 
Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu bi ftehim bejn l-MFA, Valletta FC u l-Pulizija ta’ Malta.
 
Mark Attard
Malta Football Association
Press Officer