Valletta FC jghin lil Puttinu Cares Published on: 10-07-2013

Għat-tieni leg mill-Europa League, kontra La Fiorita, it-tim ta’ Valletta FC, sa jilgħab bl-istess flokkijiet, li lagħab f`San Marino il-ġimgħa l`oħra, bil-logo ta’ Puttinu Cares.
Waqt konferenza stampa, l-president tal-club belti, is-sur Victor Sciriha, qal li b`dan il-ġest , il-club belti qed juri l`apprezzament tiegħu, lejn dawn in-nies, ħaġa li l`ebda club ieħor qatt ma għamel. Is-sur Sciriha qal , li aktar il-quddiem, dawn il- flokkijiet, b’din il-logo, u l-firma tal-player, sa jkunu għall-bejgħ, għall-prezz ta’ 100 euro, li kollha sa jmorru b`risq Puttinu Cares.
Il-President belti, ħabbar ukoll, li l-flokk bin-numru 7, mhux sa jintuza aktar mill-club belti, bħala rikkonoxximent lejn l`ex player Gilbert Agius, wara servizz leali tiegħu lejn dan il club.
Intant għall partita, kontra Minsk, VallettaFC, mistennija, li joħorgu programm tal-logħba, li sa jinkludi poster ta’ Gilbert Agius, iffirmat, għall-prezz ta’ 5 euros, li ukoll sa jmorru għall-Puttinu Cares.
Is-sur Sciriha, appella lil kulħadd biex ikun ġeneruz, u jgħin lill-Puttinu Cares, min naħa tiegħu, Dr.Victor Calvania, irringrazzja lill- President , u lil club belti ta’ dan il-għan nobbli, biex jitkomplew il-proġetti li hemm ippjanati minn Puttinu Cares.

Dwar il-logħba, kontra La Fiorita, is-sur Sciriha, għamel appell, biex kulħadd iġib ruħu sew fil-ground, għax dan l`istaġun hemm multi ħorox ħafna mill-Uefa, li jlaħqu sa 50,000 euro.
Dwar din il-logħba, tkellem ukoll il-coach ta’ Valletta FC, Mark Miller, li qal li jrid jagħlaq din il-partita, kmieni kemm jista jkun, ħaġa mhux daqstant diffiċli wara rebħa ta l-ewwel leg, b`iskor ta 3-0. Zewġ players huma dubjuzi minħabba injury, Johnatan Caruana u Kurt Magro.
Tħabbar ukoll, li l-club belti jinsab viċin ta’ ftehim, għall-3 snin oħra mall-players, Roderick Briffa, Ian Zammit u Edmund Agius, filwaqt li aktar il-quddiem mistenni sponsor ġdid għall- Valletta FC, min kumpanija mill-Georgia.
Il-loghba ta’ għada kontra La Fiorita ta' San Marino, sa tintlagħab, fil-ground taċ- Ċentinarju, Ta Qali, u tibda fis 6.00 pm.
