Stqarrija mill-Pulizija Loghba finali - Valletta vs Hibernians Published on: 09-05-2012

• Is-supporters ta’ Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Muzew tal-Avjazzjoni u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-enclosure li hemm fil-West Stand side. Id-dhul ta’ dawn is-supporters se jsir mill-entraturi tal-istess stand cioe’ sides ‘C’ u ‘A’;
• Se jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance A ghal dawk is-supporters tal-Valletta li se jaraw il-loghba mill-Millenium Stand;
• Is-supporters ta’ Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ wara l-MFCC. Il-qtuh tal-biljetti tad-dhul u d-dhul tas-supporters ta’ Hibernians se jsir mit-ticketing office tal-Millenium Stand Entrance ‘C’;
• Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-istadium. Ghandu jigi mgharraf li mhux permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, jkunu kif ikunu;
• Kulhadd huwa mwissi li mhux se jithallew jiddahhlu fl-istadium oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli;
• Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-istadium u fil-vicinanzi;
• Se jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-istadium u li jkunu taht l-influwenza tal-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl- istadium;
• Mhux se jithalla pparkjar ta’ vetturi madwar l- istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area. Nies f’dawn l-inhawi mhux permess specjalment wara l-loghba u t-transizzjoni minn dawn l-inhawi se tkun ikkontrollata mill-Pulizija.
WPC 25 Charlene Cilia
CMRU