Programm specjali fl-okkazjoni tar-rebh tal-21 kampjonat minn Valletta FC Published on: 16-05-2012

Fl-okkażjoni tar-rebħ tal-21 kampjonat minn Valletta FC, il-programm Valletta Side se jkun qed ihejji programm specjali fejn se jkunu mistiedna l-plejers kollha flimkien mal-istaff tekniku u l-kumitat ghall-programm specjali. Se jkunu mistiedna wkoll il-banda flimkien mal-mistieden speċjali l-Pusè li se jkun qed janima lill-udjenza permezz tad-daqq tal-vjolin.

Se jkunu qeghdin jintwerew filmati tal-ahhar loghba tal-kampjonat kontra Hibernians kif ukoll filmati tac-celebrazzjonijiet tar-rebh tal-kampjonat. Ma jonqsux filmati tal-hekk imsejjah 'funeral' li sar nhar it-Tnejn li għadda gewwa l-Belt Valletta.

Waqt l-istess programm il-partitaji kollha se jkunu mistiedna jagħmlu mistoqsijiet lill-plejers kif ukoll lill-istaff tekniku u l-membri tal-kumitat.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta' Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta' Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta' George Tabone u produzzjoni ta' Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.