Pospost il-programm tal-futbol tal-MFA Published on: 11-03-2012

Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp u r-riħ qawwi li laqat il-gżejjer Maltin matul il-lejl u li jidher se jibqa’ persistenti matul il-ġurnata, ipposponiet il-partiti kollha tal-kampjonati tagħha minn kull diviżjoni, li kellhom jintlagħbu llum il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2012.

L-MFA tavża li ħadet dawn il-prekawzjonijiet bħala mezz ta’ sigurta’ lejn il-plejers, uffiċjali u partitarji. Aktar informazzjoni fuq meta se jsiru l-partiti li kellhom jintlagħbu lbieraħ u llum tingħata fil-ġranet li ġejjin. 

L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.