Mistiedna waqt is-sitt Programm Forza Valletta City Published on: 07-03-2014



Il-mistiedna għal sitt programm bl-isem ta' Forza Valletta City huma l-President ta’ Valletta Victor Sciriha, il-captain Ryan Fenech u t-team manager Jerry Ellul.

 
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti d-deċizjoni li ttieħdet mill-MFA li l-ebda player ta’ Valletta ma ġie mgħajjat minn Ghedin għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija li ntlagħbet nhar l-Erbgħa 5 ta’ Marzu 2014. 
 
Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta' Valletta FC se jkollhom iċ-ċans li jagħmlu telefonati diretti fil-programm biex jgħatu l-opinjoni tagħhom dwar is-saga li hemm bejn Valletta u l-MFA, fuq in-numru 21 668888
 
Tistaw ukoll tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkhom fuq l-email fvc@vallettafc.net jew tidħlu fuq il-facebook page tal-club www.facebook.com/Vallettafc  il-messaġġi kollha jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm. 
 
Forza Valletta City jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat 8.30pm fuq Smash Radio 104.6FM bi prezentazzjoni ta’ Joe Attard.