Mistiedna waqt il-Programm Forza Valletta City Published on: 20-02-2014


 
Il-mistiedna għal Forza Valletta City programm numru erbgħa huma l-goalkeeper Yenz Cini, l-attakkant Luke Montebello, l-Assistant Coach Gilbert  Agius kif ukoll l-ġurnalist Charles Vella.
 
Waqt il-programm ikollna interventi bit-telefon mit-team manager ta' Valletta FC Gerard Ellul, mill-captain Ryan Fenech kif ukoll minn James Mackay li jwaslilna l-aħħar aħbarijiet mill-Valletta Nursery.
 
Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta' Valletta FC se jkollhom il-possibiltà li jagħmlu telefonati diretti fil-programm biex isaqsu mistoqsijiet lil mistiedna fuq in-numru 21 668888.
 
Tistaw ukoll tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkhom fuq l-email fvc@vallettafc.net jew tidħlu fuq il-facebook page tal-club www.facebook.com/Vallettafc  il-messaġġi kollha jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm.
 
Kull min iċempel waqt il-programm din il-ġimgħa ser jingħata poster iffirmat minn Gilbert Agius.
 
Forza Valletta City jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat 8.30pm fuq Smash Radio 104.6FM bi prezentazzjoni ta’ Joe Attard.