Mistiedna waqt il-hames Programm Forza Valletta City Published on: 27-02-2014


 
Il-mistiedna għal ħames programm bl-isem ta' Forza Valletta City huma l-Assistant Coach Gilbert  Agius, l-ġurnalist Clinton Buhagiar, il-vici President ta' Valletta Alex Fenech u l-istoriku tal-football Malti Carmel Baldacchino.
 
Waqt il-programm bħas-soltu ikun hemm interventi bit-telefon mit-team manager ta' Valletta FC Gerard Ellul u mill-captain Ryan Fenech.
 
Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta' Valletta FC se jkollhom iċ-ċans li jagħmlu telefonati diretti fil-programm biex isaqsu mistoqsijiet lil mistiedna fuq in-numru 21 668888.
 
Tistaw ukoll tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkhom fuq l-email fvc@vallettafc.net jew tidħlu fuq il-facebook page tal-club www.facebook.com/Vallettafc  il-messaġġi kollha jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm.
 
Forza Valletta City jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat 8.30pm fuq Smash Radio 104.6FM bi prezentazzjoni ta’ Joe Attard.