Match Day 33 BOV Premier League Hibs FC vs Valletta FC Published on: 04-05-2015


Il-Malta Football Association tavża li b’direttiva tal-Pulizija ta’ Malta, għall-partita tas-Sibt 9 ta’ Mejju 2015 bejn Hibernians FC u Valletta FC, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta Qali, fl-4.00pm, il-partitarji ta’ Hibernians FC se jkunu allokati fil-West Stand A u West Stand C (enclosure), waqt li dawk ta’ Valletta se jkunu fil-Millennium Stand D.
 
Għaldaqstant, il-partitarji ta’ Hibernians FC, li se jkunu allokati fil-West Stand A u C, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tal-Mosta u jipparkjaw l-istess vetturi fil-West Parking u t-toroq tal-madwar.
 
Il-partitarji ta’ Valletta FC, li se jkunu allokati fil-Millennium Stand D, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tar-Rabat u jipparkjaw l-istess vetturi lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali. 
 
L-MFA tavza li t-ticket booths u l-Istadium Nazzjonali se jinfetħu fis-2.00pm. Dawk il-persuni partitarji ta’ Hibernians FC li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti se jiġu allokati post f’West Stand A filwaqt li dawk ta’ Valletta FC jiġu allokati post f’Millennium D. 
 
L-MFA tħeġġeġ il-pubbliku biex jimxi mar-regolamenti tal-istadium u mal-ordnijiet maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, waqt li tawgura festa sabiħa ta’ futbol.      
 
 
 
Mark Attard
Malta Football Association
Press Officer