Laqgha Generali Straordinarja ta Valletta FC Published on: 15-07-2018

Għaziz/a Membru,
Permezz ta' dan l-avviz, skond VII punt 6 tal-istatut tal-club, qiegħed ninfurmak li ser issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar il-Ġimgħa 20 ta' Lulju 2018, fis-7pm ġewwa s-sala tal-Kulleġġ St. Albert fil-Belt Valletta.
L-Aġenda tal-laqgħa qiegħda tiġi kkomunikata hawn taħt:
-
i. Introduzzjoni
-
ii. Diskors mill-President
-
iii. Prezentazzjoni tal-materjal li dwaru issejħet il-laqgħa
-
iv. Interventi mill-membri
-
v. Għeluq
Din il-laqgħa hija ta' importanza straordinarja. Għalhekk int meħtieġ tattendi u tiiparteċipa.
Nirringrazzjak bil-quddiem tal-appoġġ tiegħek.
Inselli għalik
Joe Attard
Segretaju