Laqgha Generali Anwali 2014 Published on: 01-06-2014

Nixtieq ninfurmak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2014 ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju ġewwa s-sala San Duminku il–Belt Valletta. Il-Laqgħa tibda’ fid-9.00am u jekk ma jkunx hemm kuorum il-Laqgħa tibda’ nofs siegħa tard.
Reġistrazzjoni tal-Membri u observer jibda fil-8.00 am
Aġenda ;
- 1 .Verifikazzjoni u kompozizzjoni tal-laqgħa għal dawk eliġibbli għall-vot
- 2. Ħatra ta' Kummissjonarji Elettorali
- 3. Minuti tal-Laqgħa Generali li saret fis-16 ta’ Gunju 2013
- 4. Rapport Aministrattiv 2013/2014.
- 5. Hatra ta' Awdituri
- 6. Rapport Finanzjarju 2013/2014
- 7. Diskors mill-President
- 8. Mozzjonijiet u / jew emendi ghall-Istatut
- 9. Affarijiet ohra
- 10. Elezzjoni; fejn (din tkompli it-Tnejn 9 ta' Gunju mis-18:00 sat 20:00 il-Kazin)
Is-Segretarju Ġenerali ser ikun il-kazin minn nhar it-Tnejn 2 ta' Ġunju sal-Erbgha 4 ta' Gunju mis–7.30pm sat-8.30pm biex jilqa’ nominazzjonijiet għall–kumitat flimkien ma' ritratt (passport size); u proposti għall-xi tibdil fl-istatut.
Inselli għalik
Joe Attard
Segretarju Ġenerali