Laqgha Generali Anwali 2013/2014 Published on: 21-05-2013

Għażież Membru,


Nixtieq ninfurmak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2013 ser issir nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju ġewwa St. Albert College il-Belt Valletta. Il-Laqgħa tibda’ fid-9.00am u jekk ma jkunx hemm quorum il-Laqgħa tibda’ nofs siegħa tard.

Reġistrazzjoni tal-Membri u observer jibda fil-8.45 am

L–aġenda għall-Laqgħa Ġenerali hija ;

1. Verifikazzjoni u kompozizzjoni tal-laqgħa u ta' dawk eliġibbli għall-vot
2. Minuti Laqgħa Ġenerali li saret fit-7 ta' Ġunju 2012
3. Minuti Laqgħa Straordinarja li saret fit-2 ta' Mejju 2013
4. Rapport Amministrattiv 2012 / 2013
5. Ħatra ta’ Awdituri
6. Rapport Finanzjarju 2012 / 2013
7. Diskors mill-President
8. Ħatra ta’ Election Commissioners
9. Mozzjonijiet u/jew emendi għall-istatut
10. Affarijiet Oħra
11. Elezzjoni

Is-Segretarju Ġenerali ser ikun il-kazin minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Gunju sa l-Erbgha 12 ta' Gunju mis–7.30pm sat-8.30pm biex jilqa’ nominazzjonijiet għall-kumitat flimkien ma' ritratt (passport size); u proposti  għall-xi tibdil fl-istatut.

Inselli għalik


Joe Attard
Segretarju Ġenerali