Laqgha Generali Anwali 2012/2013 Published on: 28-05-2012

Għażież Membru,


Nixtieq ninfurmak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2012/2013 ser issir nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju ġewwa St. Albert College il–Belt Valletta. Il-Laqgħa tibda’ fid-9.00am u jekk ma jkunx hemm quorum il-Laqgħa tibda’ nofs siegħa tard.

Reġistrazzjoni tal-Membri u observer jibda fil-8.45 am

L–aġenda għall-Laqgħa Ġenerali hija ;

1. Verifikazzjoni u kompozizzjoni tal-laqgħa u ta' dawk eliġibbli għall-vot
2. Minuti Laqgħa Ġenerali li saret fit-12 ta' Ġunju 2011
3. Rapport Amministrattiv 2011 / 2012
4. Ħatra ta’ Awdituri
5. Rapport Finanzjarju 2011 / 2012
6. Diskors mill-President
7. Footballer of The Year Presentation
8. Ħatra ta’ Election Commissioners
9. Mozzjonijiet u/jew emendi għall-istatut
10. Affarijiet Oħra
11. Elezzjoni

Is-Segretarju Ġenerali ser ikun il-kazin minn nhar il-Ħamis 31 ta’ Mejju, il-Ġimgħa 1 ta' Ġunju u t-Tnejn 4 ta' Ġunju mis–7.30pm sat-8.30pm biex jilqa’ nominazzjonijiet għall–kumitat flimkien ma' ritratt (passport size); u proposti  għall-xi tibdil fl-istatut.

Inselli għalik


Joe Attard
Segretarju Ġenerali