Laqgha Generali Annwali 2019 Published on: 31-05-2019

Laqgħa Ġenerali Annwali 2019

Għażiz Membru,
Nixtieq ninfurmak li l-laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun ser issir nhar il- Ġimgħa 14 ta' Ġunju 2019, ġewwa is-sala, il-Kulleġġ St. Albert, il-belt Valletta.  Il-laqgħa tibda fid-19.00 u jekk ma jkunx hemm kworum il-laqgħa tibda nofs siegħa tard.
 
Reġistrazzjoni tal-membri u osservaturi tibda fit-18.00pm
 
Aġenda
 
1. Verifikazzjoni u kompożizzjoni tal-laqgħa għal dawk eliġibbli għall-vot
2. Ħatra ta’ kummissjonarji Elettorali
3. Minuti tal-Laqgħa Ġenerali li saret fis-7 ta’ Ġunju 2018
4. Rapport Amministrattiv 2018
5. Elezzjoni tal-President għas-snin 2019/2021
6. Elezzjoni ta' Segretarju Ġenerali għas-snin 2019/2021
7. Elezzjoni ta' Tezorier għas-snin 2019/2021
8. Elezzjoni ta' 3 (Viċi Presidenti) 
għas-snin 2019/2021
9. Elezzjoni ta’ membri (7) tal- kumitat ta' Valletta FC għal Staġun 2019/20
10. Diskors mill-President is-Sur Victor Sciriha
11. Affarijiet oħra
12. Elezzjoni fejn din tkompli is-Sibt 15 ta’ Ġunju sas-13:00pm.
 
Is-Segretarju Ġenerali ħa jkun il-kazin nhar il-Tnejn 10 ta’ Ġunju u t-Tlieta 11 ta' Ġunju mill-5pm sa 7pm  biex jilqa’ nominazzjonijiet (kumitat) kemm għal uffiċjali kif ukoll għal membri ordinarji, flimkien ma’ ritratt (passport size) u propost għal xi tibdil fl-istatut.
 
Inselli Għalik
 
 
Joe Attard
Segretarju Ġenerali
Valletta F.C.