Laqgha Generali Annwali 2016 Published on: 26-05-2016

Għażież Membru,
Nixtieq ninfurmak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2016 ser issir nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016 ġewwa s-sala St. Albert il–Belt Valletta. Il-Laqgħa tibda’ fid-9.00am u jekk ma jkunx hemm kuorum il-Laqgħa tibda’ nofs siegħa tard.
Reġistrazzjoni tal-Membri u osservaturi tibda fit-8.00 am
Aġenda ;
- 1 .Verifikazzjoni u kompozizzjoni tal-laqgħa għal dawk eliġibbli għall-vot
- 2. Ħatra ta' Kummissjonarji Elettorali
- 3. Minuti tal-Laqgħa Generali li saret fis-7 ta’ Gunju 2015
- 4. Rapport Aministrattiv 2015/2016.
- 5. Diskors mill-President is-Sur Victor Sciriha
- 6. Mozzjonijiet u / jew emendi ghall-Istatut
- 7. Affarijiet ohra
- 8. Elezzjoni; fejn (din tkompli it-Tnejn 13 ta' Gunju mis-18:00 sat 20:00 il-Kazin)
Is-Segretarju Ġenerali ser ikun il-kazin minn nhar it-Tnejn 6 ta' Ġunju mill–17.00pm sas-19.00pm u t-Tlieta 7 ta' Ġunju mill-10.00am - 12.00pm biex jilqa’ nominazzjonijiet għall-kumitat flimkien ma' ritratt (passport size); u proposti għall-xi tibdil fl-istatut.
Inselli għalik
Joe Attard
Segretarju Ġenerali