Jonathan Caruana u Steve Borg mistiedna f Forza Valletta City Published on: 13-02-2014


Il-mistiedna għal Forza Valletta City programm numru 3 huma d-difensuri Jonathan Caruana u Steve Borg, il-Head Coach tal-Valletta Nursery Twanny Dalli kif ukoll Norman Hill magħruf aktar bħala ċ-Ċiċċo.

Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta' Valletta FC se jkollhom il-possibiltà li jaghmlu telefonati diretti fil-programm biex isaqsu mistoqsijiet lil mistiedna fuq in-numru 21 668888, jistgħu jibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħhom fuq l-email fvc@vallettafc.net jew jidħlu fuq il-facebook page tal-club www.facebook.com/Vallettafc

Forza Valletta City jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat 8.30pm fuq Smash Radio 104.6FM bi prezentazzjoni ta’ Joe Attard.