Jithabbru l-finalisti tal-5 edizzjoni ta' The Gram Collection replay Gala Night Published on: 31-05-2012

Il-ħames edizzjoni ta' The Gram Collection replay Gala Night se ssir nhar l-Erbgħa 6 ta' Ġunju u se terġa' tixxandar dirett fuq Net television fit-8.30 p.m. Dan tħabbar mill-preżentatur u producers tal-programm popolari Replay, Christian u Ġorġ Micallef waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħataw dettalji dwar l-awards li se jkunu qed jingħataw u fis-serata finali li se terġa' tkun preżentata minn Charles Saliba u Louis Tedesco. Christian Micallef qal li din is-serata ta' eċċellenza se tkun qed terġa' tlaqqa' l-aqwa tal-futbol Malti għal dan l-istaġun f'post wieħed fejn se jkunu qed jingħataw b'kollox 20 award, l-istess bħalma ngħataw is-sena l-oħra.

Ġorġ Micallef spjega kif saret il-votazzjoni fejn għall-ewwel disa' awards, fl-ewwel fażi  ntalbu jivvutaw biss 12-il ġurnalisti li jsegwu regolarment il-Kampjonat Malti li għażlu l-aħjar tmien  players f'kull kategorija. Fit-tieni fażi mbagħad tmien ġurnalisti oħra differenti taw il-preferenza lil ħamsa minn dawk li kienu vvutati u b'hekk saru magħrufa l-erba' finalisti għal kull award.

Għall-unur tal-aħjar player tal-Ewwel Diviżjoni vvutaw it-tliet ġurnalisti li jsegwu regolarment il-kampjonat kif ukoll il-kowċis kollha tat-timijiet f'din id-diviżjoni waqt li għall-aħjar plejer taħt is-17-il-sena ivvutaw il-kowċis tal-klabbs fil-kategorija kif ukoll id-Direttur Tekniku tal-MFA flimkien mal-kowċ u l-assistent kowċ nazzjonali. L-unur tat-Top Star Coach Award ivvutaw għalih il-kowċis kollha tal-Premier li riedu jagħżlu min jaħsbu li kien l-aħjar fosthom tul l-istaġun waqt li għat-Top Star Player Award ivvutaw il-players kollha li lagħbu fil-Premier. Ġorġ Micallef enfasizza wkoll li  ħadd mill-players jew kowċis ma setgħu jivvutaw għalihom infushom waqt li għat-tim tas-sena li għalih ivvutaw il-kowċis, dawn ma setgħux jagħżlu plejer mill-iskwadra tagħhom. It-tim tas-sena se jkun qed jitħabbar waqt is-serata finali.

Se jkunu qed jingħataw ukoll il-Lifetime Achievement Awards kif ukoll il-Plejer tas-Sena skont it-telespettaturi tal-programm. Għal dan l-unur il-partitarji u telespetatturi huma mħeġġa li jivvutaw permezz ta' sms fuq 506 170 91 bl-isem tal-plejer favorit tagħhom. Il-votazzjoni għal dan l-unur tagħlaq nhar l-Erbgħa 6 ta' Ġunju f'nofsinhar u r-rebbieħ jitħabbar filgħaxija waqt ċ-ċerimonja finali.

Christian Micallef qal li kuntrarju għal dak li seħħ is-sena meta l-unuri kollha kważi ntrebħu minn player wieħed, din is-sena jidher li hemm bilanċ kbir dwar fejn se jmorru l-unuri finali.

Matul l-istess serata se jkunu qed jingħataw ukoll it-trofew għall-aħjar plejer tal-ġurnal 'In-nazzjon' u 'il-mument' kif ukoll tal-ġurnal 'The Malta Independent'

Il-finalisti s'issa huma dawn:

L-aqwa Goalkeeper: Henry Bonello (Sliema Wanderers), Matthew Camilleri (Balzan Youths), Andrew Hogg (Valletta FC), Mario Muscat (Hibernians FC)

L-aqwa Difensur: Ian Azzopardi (Valletta FC), Steve Borg (Valletta FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Rodolfo Soares (Hibernians FC)

L-aqwa Midfielder: William Barbosa (Valletta FC), Roderick Briffa (Valletta FC), Clayton Failla (Hibernians FC), Pablo Doffo (Floriana FC)

L-aqwa Attakkant: Denni Rocha dos Santos (Valletta FC), Edison Luis dos Santos (Hibernians FC), Obinna Obiefule (Mosta FC), Jorge Pereira da Silva (Qormi FC)

L-aqwa Kowċ: Mark Miller (Hibernians FC), Ivan Zammit (Balzan Youths), Paul Zammit (B'Kara FC), Jesmond Zerafa (Valletta FC)

L-aqwa Referee: Marco Borg, Chris Lautier, Clayton Pisani, Esther Azzopardi

L-aqwa Plejer Barrani: William Barbosa (Valletta FC), Denni Rocha Dos Santos (Valletta FC), Obinna Obiefule (Mosta FC), Jorge Pereira da Silva (Qormi FC)

L-aqwa  Plejer Malti: Roderick Briffa (Valletta FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Andrew Cohen (Hibernians FC), Clayton Failla (Hibernians FC)

L-aqwa Plejer Overall: William Barbosa (Valletta FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Clayton Failla (Hibernians FC), Obinna Obiefule (Mosta FC)

Top Star Coach Award: Clive Mizzi (Mqabba FC), Mark Miller (Hibernians FC), Paul Zammit (B'Kara FC), Jesmond Zerafa (Valletta FC)

L-aqwa Plejer I Div.: Darren Falzon (Naxxar Lions), Julian Galea (Melita FC), Michael Martin (Melita), Adam Smeir (Rabat Ajax)

L-aqwa  Plejer U17: Kyle Cesare (Pieta' Hotspurs), Lywelyn Cremona (Valletta FC), Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Ryan Spiteri (Hamrun FC)

L-aqwa Plejer Mara: Rachel Cuschieri (B'Kara FC), Stephania Farrugia (B'Kara FC), Joselyn Gafa' (Gozo FC), Gabriella Zahra (B'Kara FC)

L-aqwa Websajt: Birkirkara FC, Floriana FC, Mdina Knights, Valletta FC

Source - Maltarightnow.com