Il-partiti tal-Kampjonat BOV Premier posposti Published on: 30-11-2013
Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp qawwi li laqgħat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat, il-partiti kollha tal-Kampjonat BOV Premier, tal-lum u ta’ għada, ġew posposti. Id-dati u l-ħin li fihom se jintlagħbu dawn il-partiti jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.
Madankollu, il-partiti mid-diviżjonijiet l-oħra tal-Kampjonati BOV tal-MFA, għal-lum u għada, se jintlagħbu kif kien ippjanat.