Forza Valletta City - fuq Smash Radio 104.6FM Published on: 06-02-2014


Mill-Ġimgħa 31 ta’ Jannar, il-Valletta Football Club beda jxandar programm fuq ir-radju bl-isem ta’ Forza Valletta City. Dan il-programm qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fuq Smash Radio 104.6FM mis-7.00pm sat 8.30pm.

Is-semmiegħa jistgħu jgħamlu kuntent magħna billi jċemplu fuq 21 668888 jew jibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħhom fuq l-email fvc@vallettafc.net jew jidħlu fuq il-facebook page tal-club www.facebook.com/Vallettafc

Il-mistiedna għal din il-ġimgha huma il-captain ta’ Valletta Ryan Fenech, il-viċi President is-sur Paul Spiteri, Head coach Andre Paus u  t-Team Manager Jerry Ellul.

Infakkrukhom Forza Valletta City jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat 8.30pm fuq Smash Radio 104.6FM bi prezentazzjoni ta’ Joe Attard.