BOV Super Cup Published on: 24-07-2012

Bi ftehim bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi ta’ din il-partita, ittellgħet polza biex tistabbilixxi liema naħa tal-istadium se jpoġġu l-partitarji rispettivi. L-allokazzjoni tas-seating tal-partita hu dan li ġej:
Valletta FC – West A & West C
Hibernians FC – Millenium E & Millenium F
L-MFA tavża li l-bejgħ tal-biljetti miż-żewġ klabbs rispettivi se jibda mis-Sibt 28 ta’ Lulju 2012 sal-Erbgħa 1 ta’ Awwissu 2012.
It-‘ticket booths’ tal-istadium nazzjonali għal din il-partita se jiftħu fis-6.15pm u l-istadium se jiftaħ għall-partitarji fis-6.30pm.
Id-dħul tal-vetturi għall-partitarji ta’ Valletta FC għandu jsir min-naħat tal-Mosta u għandu jintuża il-parkeġġ tal-West Stand biss.
Id-dħul tal-vetturi għall-partitarji ta’ Hibernians FC għandu jsir min-naħat ta’ Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat u għandu jintuża l-parkeġġ tal-Millenium Side.
Il-cards elettroniċi, ‘Blue Cards’ u ‘Blue & White Cards’ ta’ Valletta FC u Hibernians FC’ tal-istaġun 2011/12 huma validi għal din il-partita. Il-‘Press Cards’ u ‘Pitch Cards’ tal-istaġun 2011/12 huma validi wkoll. L-ebda ‘Card’ elettronika oħra mhi valida għal din il-partita.
L-MFA tavża li l-prezzijiet tad-dħul għal din il-partita hu dan li ġej:
Adulti – 6euro
Karta Anzjan – 4euro
Tfal – 1euro