Biljetti ghall-loghba Valletta vs FK Partizan Published on: 12-07-2012

Il-Valletta FC tavza li l-biljetti ghall-partita mit-Tieni Leg tal-UEFA Champions League bejn Valletta u FK Partizan jinsabu ghall-bejgh minghand Noel u l-Valletta Supporters Club.

Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €15 Kbar u tfal taht is-sitt snin €5. Il-partita ser tintlagħab fis-17 ta’ Lulju 2012, fil-Hibernians Stadium f’Kordin, fid-8.45pm.

Il-Malta Football Association, tavza li għal din il-partita, dawk kollha li għandhom il-‘VIP Blue Card’ tal-istaġun 2011/12 u l-‘Blue & White Card’ ta’ Valletta FC tal-istaġun 2011/12, intitolati li jidħlu biss f’Side A tal-Hibernians Stadium. Dan minħabba l-ispazju ristrett għal din il-partita.

L-MFA u Valletta FC javżaw li l-membri tal-media, l-impjegati tal-MFA u l-mistidnien ta’ Valletta FC, intitolati jidħlu fil-‘VIP Area’ b’mod normali.

Il-bejgħ tal-biljetti għal din il-partita jinxtraw biss mingħand Valletta FC fil-jiem li ġejjin. It-‘ticket booths’ tal-istadium mhux se jinfetħu qabel il-partita u ħadd mhu se jitħalla jidħol fil-Hibernians Stadium mingħajr biljett.