Bejgh ta Biljetti - Valletta vs Hibernians Published on: 04-05-2012

Il-Lum saret laqgħa bejn delegazzjoni mis-Supporters Club u delegazzjoni mill-Kumitat tal-Valletta FC, rigward il-bejgħ ta' biljetti għall-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Hibernians.

F’din il-laqgħa gie miftiehem li l-biljetti ser jinbiegħaw min post apposta  quddiem il-ħanut ta' L’Amerikan ġewwa triq ir-Repubbllika.

Nhar it-Tnejn u t-Tlieta 7 u 8 ta 'Mejju mill-4pm sat-8pm ser ikun hemm il-bejgħ tal-biljetti għal dawk li huma membri, dawk kollha li għadhom ma ħallsux il-membership, dawn jistaw l-ewwel iħallsu il-membership u mbaghad ikunu jistaw jixtru l-biljetti.

Ġie deċiz ukoll li kull membru wara li jixtri l-biljetti li jkun intitolat ghalihom (2 biljetti) jista’ ukoll jibbukja aktar biljetti, dawn il-biljetti bbukjati jkun jista’ jiġborhom mill l-Erbgħa 9 ta' Mejju l-quddiem u għalkhemm il-membru ikun ibbukja dawn il-biljetti, dawn ser jinbighaw on a FIRST COME FIRST SERVED BASES U IL-MEMBRI TAS-SUPPORTERS CLUB FL-EBDA ĦIN MHU SER IKUNU RESPONSABBLI JEKK MA JINQEDIEX KULĦADD.

Il-Membri tfal ser ikollom ukoll l-opportunita li jinqdew l-ewwel huma għaldaqstant nitlobu lill-ġenituri biex jaħsbu kmieni għax in-numru ta’biljetti huwa limitat.L-ammont kollhu ta’ biljetti huwa dak ta’ 1,400 għall/kbar u 150 biljett għat-tfal.

Dawn huma il-prezzijiet tal-biljetti:

Kbar 10 Euro, Nisa 10 Euro, Tfal il-fuq min sitt snin 10 Euro, Tfal taħt is-sitt snin 2 Euro.

Għaldaqstant nitolbu lil kulhadd biex jikkopera u kulhadd għandu jaħseb kmieni biex ma jkunx dizappuntant.

Il-Valletta Supporters Club javza li min jixtri dawn il-biljetti jista’ jidħol biss Encloser in-naħa ta' fejn tkun il-banda (valletta Side), min jaqta' minn naħa tal-Millenium Stand jista jidħol biss il-Millenium side u min jaqta’ mill-Encloser in-naħa l-oħra jista’ jidħol biss dik in-naha, peress li s-supporters ta’ Valletta ser ikollhom iz-zewġ sides tal-Encloser u naħa wahda tal-Millenium.