Avvizi lill-klabbs lill-media u lill-partitarji ghall-partita Valletta vs Hibernians Published on: 11-05-2012

Il-Malta Football Association tavża li s-setturi tal-Istadium Nazzjonali West A, West C u Millennium D se jkunu riservati għall-partitarji ta’ Valletta FC biss.

Dawk kollha li għandhom fil-pussess tagħhom is-‘Season Complimentary Card’ ta’ Valletta FC, ‘Orange’ jew ‘White’ jistgħu jidħlu minn West C.

Ninfurmaw ukoll li dawk kollha li għandhom fil-pussess tagħhom is-‘Season Complimentary Card Orange’ ta’ klabb ieħor, ma jistgħux jidħlu minn West C.

It-Ticket Booths taż-żoni West A u Millennium D se jinfetħu b’mod normali qabel il-partita fin-12:30 pm.

Il-partitarji ta’ Hibernians FC se jkollhom iż-żona Millennium F riservata għalihom. It-Ticket Booths għal din iż-żona se jinfetħu b’mod normali qabel il-partita fin-12:30 pm.

L-MFA titlob lill-partitarji kollha li se jattendu għal din il-partita biex jikkopperaw u jimxu mal-istruzzjonijiet.


Mark Attard
Malta Football Association
Press Officer