Avvizi ghall Match Day 33 tal Kampjonat BOV Premier Published on: 25-04-2016

Il-partita Valletta FC vs Hibernians FC
Għall-partita tal-kampjonat BOV Premier bejn Valletta FC u Hibernians FC li se tintlagħab is-Sibt 30 ta’ April 2015 fl-4.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, l-Istadium se jiftaħ fis-2.00pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun hekk:
Valletta FC – West A, West C u Millennium D
Hibernians FC – Millennium F
L-MFA tavża li t-ticket booths li se jinfetħu fil-ġurnata se jkunu:
Millennium D (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium D biss)
Millennium F (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium F biss)
Il-biljetti fil-West A u fil-West C (Valletta FC) se jinbiegħu direttament mill-klabb rispettiv sas-Sibt 30 ta’ April fil-11.00am. Valletta FC mhux awtoriżżati jbiegħu biljetti tal-partita wara l-ħin stipula. Il-prezzijiet tal-biljetti se jkun ta’ €7 adulti, €4 Karta-Anzjan u €1 Tfal (Taħt it-12–il sena).
Il-cards elettroniċi ‘White Cards’ ta’ Valletta FC u Hibernians FC, u kif ukoll il-cards elettroniċi ‘Orange Cards’ huma eliġġibli li jintużaw fil-ġurnata.
Dawn l-arranġamenti saru bi qbil bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi.
Il-partitarji ta’ Valletta FC għandhom jidħlu minn naħa tal-Mosta u jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-West Parking (Enclosure) u quddiem il-mitjar tal-Model Aircraft. Il-partitarji ta’ Hibernians FC għandhom jidħlu min-naħa tar-Rabat u jipparkjaw il-vetturi tagħhom lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali. Il-vetturi ‘Double Decker’ awtorizzati ta’ Valletta FC biss se jitħallew jidħlu min-naħa tar-Rabat, bil-parkeġġ ikun fuq wara tas-South Stand. Partitarji ta’ Valletta FC li jagħmlu użu minn karozzi privati mhux se jitħallew jidħlu għall-Istadium Nazzjonali min-naħa tar-Rabat.
Il-persuni li jużaw siġġu tar-roti u li jridu jattendu għal din il-partita għandhom jiktbu lill-MFA fl-indirizz elettroniku matchoperations@mfa.com.mt biex jiġu assenjati post f’żona riservata sa mhux aktar tard mill-Ħamis 28 ta’ April fil-5.00pm. L-MFA tavża wkoll li fil-ġurnata tal-partita l-inħawi tal-Istadium Nazzjonali se jkunu magħluqa għat-traffiku minn kmieni filgħodu.
L-MFA tħeġġeġ lill-partitarji biex fil-ġurnata tal-partita jimxu mal-istruzzjonijiet tal-Pulizija ta’ Malta.
Mark Attard
Malta Football Association
Press Officer