Avviz mahrug mill Pulizija - Loghba Valletta vs Hibernians Published on: 11-05-2012

Wasalna fl-ahhar ta' dan il-kampjonat, li wassal lil Valletta FC ghall-21 rebha tal-kampjonat. Prosit u awguri ghal dan is-success miksub.
B'responsabilta nghidilkom prosit tal-imgieba matura u ddixiplinata li urejtu u l-mod kif obdejtu l-ordnijiet li tawkom il-Pulizija sabiex tinzamm l-ordni u l-paci pubblika.
Nerga' ghal darb'ohra napellalkom sabiex ghal darb'ohra tobdu d-direttivi tal-Pulizija nhar is-Sibt 12 ta' Mejju, l-ahhar loghba ta' dan il-kampjonat meta wara ticcelebraw ir-rebh tal-21 Kampjonat gewwa l-belt kapitali, il-Belt Valletta.
Inthom ghal darb'ohra mitluba sabiex waqt li sejrin il-ground lejn Ta' Qali mill-Belt Valletta, ghandkom tohorgu mill-Belt fid-direzzjoni tal-Waterfront ghall-Marsa, tluq mill-Baviera ghal habta tas-1pm, direzzjoni lejn il-Valletta Waterfront u wara l-loghba, intom mitluba tidhlu lura l-Belt mill-istess direzzjoni, jigifieri mill-Marsa direzzjoni lejn il-Valletta Waterfront ghal Belt Valletta. Nitolbukhom tghaddu dan il-messagg lis-supporters kollha Beltin li ma joqghodux il-Belt halli huma wkoll ikunu jafu bir-rotta.
Inheggukom sabiex tirrispettaw lil dawk li huma t'opinjoni diversa u ticcelebraw b'pieka kostruttiva halli ma jwegga' hadd u ticcelebraw kif tafu inthom il-Beltin bi spirtu sportiv, dixxiplimat u onest. Nistqarr ukoll li kultant il-bniedem uman jiehu l-attivitajiet, il-fest, kif ukoll l-isports wisq bis-serjeta' u minflok okkazzjoni ta' ferh ikunu okkazzjonijiet ta' ghira ta' mibeghda u dizonesta' jew nuqqas ta' rgulija. Ghalhekk nappellalkom sabiex inzommu l-ordni u l-paci pubblika halli ghal darb'ohra il-belt kapitali, il-Belt Valletta tghaddi messagg sportive u matur matul dawn ic-celebrazzjonijiet.
Niehu din l-okkazzjoni sabiex f'isem il-kollegi tieghi tad-Distrett tal-Belt, nawguralkom u bhal dejjem nawgura lilkom, lill-familji taghkom u l-komunita' Beltija celebrazzjonijiet sbieh li jixirqu lill-Belt Valletta.
Alexandra Mamo
Supritendent
Ghassa tal-Pulizija
Distrett Valletta