Valletta FC: jipprezenttaw lill-Media l-Istaff tekniku u players godda Published on: 06-09-2010

Valletta FC jipprezenttaw lill-Media l-Istaff tekniku u players ġodda għall-istaġun 2010-11

Valletta F.C. ipprezentaw l-iskwadra ghall-media ghall-istagun 2010-11 fil-Le Meridien St.Julian’s Hotel & Spa., liema Hotel qed terga’ tisponsorja lill-Klabb tal-Belt ghar-raba’ sena konsekuttiva.

Fl-iskwadra ta’ din is-sena , Valletta ghandhom xejn inqas minn sitt ucuh godda. Dawn jinkludu l-erba’ barranin , il-Braziljani Ramon dos Santos u Denni Rocha dos Santos, kif ukoll id-duo Nigerjan Omonigho Temile u Joseph Okonkwo. It-tnejn l-ohra huma l-internazzjonali Maltin, Jonathan Caruana u Ian Azzopardi. Ghal din is-sena , it-tregija ta’ Valletta giet fdatha f’idejn it-trio tekniku, Jesmond Zerafa ( Kowc ) , Nardu Farrugia ( Ass Kowc ) u Jesmond Zammit ( Team Manager ) li lkoll gew prezentati lill-istampa f’din l-okkazzjoni.

Il-Vici President, is-Sur Paul Spiteri beda biex introduca din l-attivita’ billi rringrazzja lil dawk kollha prezenti u ntroduca lill-kelliema ewlenin, kif ukoll lid-Dirigenti Teknici u l-players akkwistati.

Is-Sur Victor Sciriha, President tal-Valletta F.C. ghar-raba’ sena , beda biex qal li l-Kumitat ghamel dak kollu possibbli sabiex l-iskwadra jsirulha l-irtokki necessarji bi skop li tkun b’sahhitha bizzejjed biex jintlahaq it-tragward li ma ntlahaqx l-istagun ta’ qabel. Il-President qal li jinsab cert li kemm l-istaff Tekniku l-gdid kif ukoll il-players akkwistati ghandhom ikomplu jsahhu l-qawwa tat-team tal-Belt li din is-sena diga qata’ figura tajba hafna bil-prestazzjoni tieghu fl’ Europa League kif ukoll bir-rebh tas-Super Cup u l-Mare Blu Cup. Minkejja dan koll , il-mira principali tal-klabb ghal dan l-istagun mhi xejn hlief ir-rebh tal Kampjonat li ilu nieqes mill-Belt Valletta ghal dawn l-ahhar zewg staguni. Is-Sur Sciriha irringrazzja lill-isponsors kollha tal-Klabb li huma Mare Blu ( Giovanni Cappitta ) , Faceworks ( Famalco Group ) bhala Sponsors Principali, kif ukoll Heat, Browns, Passalacqua, Powerade, Gato Negro, Shark u l-ahhar imma mhux l-inqas il-Hotel li ospitat din l-attivita , cioe il-Le Meridien Hotel & Spa ta’ San Giljan.

Il-Kowc tat-tim, Jesmond Zerafa kompla billi qal li l-mira Principali ta’ dan l-istagun ghandu jkun ir-rebh tal-Kampjonat, u l-iskwadra Beltija tidher li ghandha l-ingredjenti kollha necessarji sabiex tkompli fejn halliet fil-bidu ta’ dan l-istagun bir-rebh tas-Super Cup.  Zerafa li rringrazzja lill-istaff tekniku kif ukoll dak mediku li ghandu jghinuh dan l-istagun, appella lill-partitarji Beltin biex ikunu wara t-tim kif inhuma maghrufa li jafu jaghmlu, u jibqghu jappoggjaw lill-benjamin taghhom anke waqt mumenti diffikultuzi li kull tim jista’ jghaddi minnhom matul l-istagun.

Tkellmu wkoll iz-zewg sponsors Principali tat-Team ghal dan l-istagun. F’isem id-ditta MARE BLU , is-Sur Giovanni Cappitta qal li huwa unur ghalih u ghall-Kumpanija tieghu li qieghed jerga’ jisponsorja lit-Team tal-Belt ghat-tielet sena konsekuttiva . Huwa qal li bhala Belti, jhoss li huwa dover ghalih li jaghti s-support kollu possibli lil dan it-team u lill-Kumitat tant habrieki mmexxi mill-President tal-Klabb, is-Sur Victor Sciriha.

Tkellem ukoll, f’isem FACEWORKS Ltd , id-Direttur Finanzjarju tal-Kumpanija FAMALCO, is-Sur David Gauci. Is-Sur Gauci kkonferma li huwa unur ghall-Kumpanija tieghu li taghti l-appogg taghha lil wiehed mill-akbar timijiet fl-istorja tal-futbol Malti. Wara li sentejn ilu, kienu taw l-appogg taghhom permezz tad-ditta Cadillac, illum qed jassistu lit-tim permezz ta’ Faceworks Ltd, Kumpanija  li tispecjalizza fit-twaqqiegh u t-tqattiegh  ta’ blat fl’industrija tal-kostruzzjoni. Is-Sur Gauci qal ukoll li ghal Famalco Group, l-ghajnuna lill-isport lokali mhix biss inizzjattiva ta’ marketing. Huma jemmnu bi shih li huwa d-dmir tan-negozji Maltin li jaghtu l-ghajnuna kollha li jistghu ghall-izvilupp tal-Isport.

Finalment thabbar li ser issir Prezentazzjoni ufficcjali tat-tim lis-supporters nhar il-Gimgha 10 ta’ Settembru  2010  fit- 8.00 pm ġewwa l-Gnien ta’ Hastings il-Belt.  

L-iskwadra kollha ta’ Valletta hija din :-

Goalkeepers - Andrew Hogg, Niki Vella, Jenz Cini
Difensuri - Steve Borg, Ian Azzopardi , Leon Camilleri , Ramon dos Santos, Jonathan Caruana, Kenneth Scicluna
Midfielders - Gilbert Agius , Jamie Pace, Roderick Briffa, Kevin Sammut, Dyson Falzon , Omonigho Temile, Karl Azzopardi, Denni Rocha dos Santos , Kurt Magro, Edmond Agius, Dealan D’Agostino
Attakkanti - Ian Zammit , Terrance Scerri, Joseph Okonkwo, Clifford Gauci.