Valletta FC jipprezentaw l-ahhar akkwisti Published on: 01-07-2009
Valletta FC ippreżentaw l-aħħar akkwisti tagħom waqt konferenza stampa. Il-President tal-club is-sur Victor Sciriha qal li huwa unur li l-club akkwista dawn iż-żewġ players li huma utili ħafna għall-club ta’ Valletta FC.
Il-president tal-Valletta FC qal li d-dokumenti flimkien mal-clearance tal-players waslu u li l-players huma rreġistrati. Victor Sciriha rringrazzja lit-team manager Nicky Saliba tal-għajnuna tiegħu waqt it-trasferiment tad-difensur internazzjonali Steve Borg. Is-sur Sciriha tenna billi rringrazzja lill-players u xtaqilhom suċċess mal-club ta’ Valletta FC.
Il-coach ta’ Valletta FC Ton Caanen irringrazzja lill-President u t-Team Manager għal għajnuna tagħom biex dawn it-trasferiment setgħu iseħħu. Ton Caanen iddiskriva lil attakkant Olandiż Geert den Ouden bħalha player li huwa perikoluż fil-kaxxa u li skorja mal-100 goal fil-karriera tiegħu, Geert huwa player professjonali ta’ esperjenza kbira u li sa jgħolli l-istandard tal-logħob tat-team ta’ Valletta FC. Il-coach Olandiż għalaq billi qal li huwa jinsab ferħan bl-akkwist ta’ Geert.
L-attakant Olandiż qal li hu għażel li jingħaqad ma’ Valletta FC wara li ġie kkuntatjat mill-coach Ton Caanen.
Il-coach ta’ Valletta FC iddiskriva ukoll lid-difensur Steve Borg bħal wieħed mill-players li jippossedi talent kbir. Qabel ma sar it-trasferiment il-coach Ton Caanen għamel stħarriġ fuq dan il-player fuq wirjiet li kellhu mat-team Nazzjonali tal-U21. Steve huwa player kalm u kkonċentrat waqt il-logħba. Il-coach ta’ Valletta FC qal ukoll li l-iskwadra hija kompluta issa u li dawn iż-żewġ players ser ikunu inkludi fl-iskwadra ta’ għada. Ton Caanen ġie mistoqsi dwar l-avversarju li ser jilgħabu magħhom għada Valletta FC, huwa qal li Keflavik huwa team tajjeb ħafna u organizzat waqt il-logħba.
Steve Borg qal li huwa kellu għażliet biex jingħaqad ma’ teams oħra iżda finalment għażel lil Valletta FC għax dawn urew determinazzjoni kbira biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu. It-team Manager ta’ Valletta FC qal li r-reġistrazzjoni ta’ Steve Borg seħħet wara li d-difensur Josef Mifsud talab biex jiġi trasferit mal-club ta’ Sliema W. u l-club deherlu li għandu bżonn difensur ieħor.




01.07.09