Rendikont - Membership Valletta Supporters' Club Published on: 05-01-2009
Hbieb,
Il-membri li ħalsu l-membership għal dan l-istaġun u ta 520 membru. Dan żgur mhux biżżejjed għax mill-istaġun li għadda għal issa kellna nuqqas ta 195 membru. Dan ifisser li 195 membru ma ħalsux il-membership dan l-istagun. Nixtieq nagħmel appell biex dawk kollha li għadhom ma halsux jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli. Kulħadd jaf x'għandu jagħmel, jista' jibagħat ċekk bil-posta indirizzat lil: Noel Cachia, L' Amerikan 248, Republic street u imbagħad jirċevi kollox bil-posta.
L-aħwa jekk nagħmlu sforz biex kulħadd iħallas din l-imbierka membership inkunu qed nagħmlu ħafna ġid kbir lil-Club li tant inħobbu.
Nixtieq ngħidilkhom li l-Valletta Supporters’ Club dan l-istaġun diġa għadda lil Valletta FC is-somma sabiħa ta €36,000 Dan dejjem grazzi għalikhom għax kieku ma tkunux inthom kieku aħna ma niġbru xejn u għalhekk f'isem sħabi nirringrazzjakhom u komplu għinuna ħalli nkunu nistaw ngħaddu akar fondi lil Club tagħna.
Grazzi tas-Support u l-għajnuna
Noel Cachia - Valletta Supporters Club
05.01.09