Private: organizzata minn Valletta FC Published on: 16-08-2010

Private organizzata minn Valletta FC

Il-Valletta FC flimkien mall-Valletta Supporters Club ser jorganizza Private għal kull logħba tal-Valletta FC.

Din il-Private titlaq minn ħdejn il-Bandli ġewwa l-Mandraġġ, tgħabbi mid-Due Balli, minn ħdejn il-Baviera, mill-Arċipilgu ħdejn il-Qanpiena u minn quddiem il-Phoenicia.

Il-Private tibda tgħaddi siegħa qabel ma tibda l-logħba.

Min irid jibbukja jew jaqta’ l-biljett jista’ jikkuntatja lil James Mackay (99237536) jew lil Mario Dalli. Il-prezz huwa ta' 3 Euros.