Players: ta' Valletta FC jattendu l-Badger Karting Published on: 10-12-2010

Players ta' Valletta FC jattendu l-Badger Karting
Il-Ħamis 9 ta’ Diċembru kienet ġurnat bla taħriġ għal iskwadra ta’ Valletta FC, iżda din inbidlet fi tlielaq tal-karozzi magħrufin bħala Badger Karting.Innutajna li wħud mill-players jistgħu jibdew dan id-delizzju kif jirtiraw mill-logħba tal-Football, kif ukoll kien hemm min l-aqwa li jagħfas il-gass u jinku lil ta’ quddiemhom biex ifixkluhom.

Għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija waslu l-players flimkien mal-kowċ Jesmond Zerafa kif ukoll xi membri tal-kumitat. Kevin Sammut u Nicky Vella kellhom Helmet partikolari personali tagħhom, u sirna nafu li dawn iħobbu jipprattikkaw dan l-isport fil-ħin liberu tagħhom.
L-instructor beda jfiehem u jagħti l-istruzzjonijiet lil players u imbagħad qasamhom f’2 gruppi ta’ sitta. Bdejna b’l-ewwel fażi fejn minnha kellhom jintagħżlu 3, dawk li jġibu l-aktar ħin veloċi wara ħmistax-il dawra.
Fil-finali rajna lil Kevin Sammut, Dyson Falzon, Ian Azzopardi, Jonathan Caruana, Jamie Pace u Kurt Magro kollha jissieltu kontra xulxin. Il-goalkeeper reserve ta’ Valletta Nicky Vella għalkemm jippratika dan l-isport ma rnexxielux jagħmila ma’ l-ewwel sitta.
F'taqtiha missilta ħafna għal finali rajna l-potenzjal ta’ Kevin Sammut li akkost ta’ kollox kaxkar lil sħabu fil-waqt li Dyson Falzon spiċċa fit-tieni post warajħ.
Wara t-tellieqa ħadna l-kummenti tad-difensur internazzjonali ta’ Valletta Ian Azzopardi, dan qalilna li din kienet avventura sabiħa u jispera li jkollu aktar bħala.


Ritratti u Filmati - Dino Demicoli