Messagg lis-Supporters Beltin - Paul Zammit Published on: 02-05-2009
MEJJU 2009 - IX-XAHAR DETERMINANTI GHAL KAMPJONAT 2008/2009.
Gheziez,
Wasalna fl-ahhar xahar tal-maratona li ghandna ghall-istagun 2008/2009. Xahar determinanti, xahar li jarana niggieldu ghaz-zewg unuri principali li joffri l-Futbol Malti, xahar fejn irridu nkunu aktar b'sahhitna minn qatt qabel, xahar fejn nistghu nkompli nressqu l-unuri lejn dan il-klabb glorjuz taghna. Nixtieq li l-ewwelnett nitkellem ftit fuq dak li ghamilna sa issa matul dan l-istagun.
Wara li sirna Champions fl-istagun 2007/2008, xtaqna nkomplu nsahhu l-iskwadra, biex inzidu l-kompetittivita, ninvestu f'aktar plejers, u biex l-iskwadra tkun aktar kompluta u lesta ghat-tragwardi kollha tal-istagun. Ovvjament, li bhalma jigri dejjem, certu plejers li kienu jiffurmaw parti mill-iskwadra tal-2007/2008, hallew il-klabb, min ghal raguni u min ghal ohra. Kellna, bhal fil-kaz tal-barranin, min sab opportunitajiet ahjar barra l-pajjiz. Kellna wkoll min haseb li jkun ahjar jekk ifittex klabb iehor ghax kien qed isib ftit spazju mat-tim taghna, u kien hemm min gharrafnieh li ma jiffurmax parti mill-pjanijiet taghna ghall-istagun li gej. Sitwazzjonijiet normali fid-dinja tal-Futbol, fejn kull klabb u kull individwu, jipprova jsib l-ahjar soluzzjoni ghal gid tieghu. Matul ix-xahar ta Gunju 2008, ghamilna hafna xoghol biex nakkwistaw dawk il-plejers lokali kollha, li kienu jidhlu u jiffurmaw parti mill-pjanijiet taghna. Barra minn hekk, konna ghaddejjin fuq hidma kontinwa biex ningaggaw il-plejers barranin li kellna bzonn.
Fuq is-sitwazzjoni tal-barranin konna sfortunati li wara pjan biex jingiebu dawk il-plejers li tant konna ilna nahdmu fuqhom, bdejna nsibu intopp wara l-iehor, iz-zmien beda ghaddej u spiccajna nahdmu l-ewwel xhur b'barrani wiehed, Njongo Priso, li konna akkwistjna mis-suq lokali. L-iskwadra kienet xorta b'sahhitha u ghalhekk ippjanajna li f'Jannar naghmlu l-irtokki li jkun hemm bzonn, ghalkemm gibna wkoll Braziljan, Marcelo Tolomeotti, li ghal ragunijiet diversi, deher bic-car li mhux se jiffittja fl-iskwadra taghna. Dan l-investiment ma setax ikun possibli, li kieku jien ma kellix il-backing totali tal-President u l-kumitat tieghu, u hawn fejn pubblikament nirringrazzja lis-sur Victor Sciriha ghas-sapport totali li dejjem tani biex inkunu nistghu naghmlu l-iskwadra li nixtiequ. Fil-bidu tal-istagun, poggejt quddiem il-plejers zewg ghanijiet ghal qabel jibda l-kampjonat, l-ewwel wiehed kien il-partecipazzjoni taghna fil-Preliminari tac-Champions League, u t-tieni ghan kienet is-Super Cup kontra B'Kara. Bdejna l-pre-season fit-12 ta Gunju 2008 u f'nofs Lulju lghabna z-zewg partiti kontra Artmedia Petrzalka fir-round preliminari tac-Champions League. Partiti li fihom ridt inkejjel hafna affarijiet. Partiti li kellhom ezitu pozittiv, ghax ghalkemm gejna eliminati, il-wirjiet taghna kienu tajbin hafna, u barra minn hekk zammejna fil-gholi l-isem tal-klabb taghna u tal-pajjiz, fl-Ewropa. Fit-8 t'Awwissu irbahna s-Super Cup kontra B'Kara u b'hekk ilhaqna t-tieni objective li kellna ghal qabel l-istagun.
Hekk kif bdejna l-kampjonat, bdejna dil-maratona li nafu li tohodna ghal disa' xhur shah, fejn fihom ridna nhabbtu wiccna ma hafna elementi. Minghajr habi ta xejn, kulhadd jaf li t-tim tal-Belt minn dejjem kien "the team to beat", u specjalment bl-investimenti li saru dawn l-ahhar sentejn, konna konxji tal-fatt li se nsibu hafna min jixtieq jarana nfallu. Din ghalija mhix skuza. Kull min ikun kowc, plejer, dirigent tal-Valletta FC, irid ikun kapaci jregi dil-pressjoni, u jrid ikun lest ghal dak kollu li se jsib ma wiccu. Fl-ewwel zewg rounds kellna prestazzjonijiet varji u ghalkemm ma konniex kuntenti mija fil-mija bil-konsistenza tal-prestazzjonijiet li kien qed ikollu t-tim taghna, spiccajna l-ewwel fazi punt taht Hibernians, biex b'hekk dhalna fic-Championship Pool b'distakk ta punt. F'Jannar imxejna mal-pjan li kellna fil-bidu tal-istagun u, minbarra l-fatt li komplejna ninvestu biex zidna l-iskwadra bi plejer lokali, gibna wkoll zewg barranin. Dawn ma ngiebux biex ahna nkunu bhal haddiehor u jkollna tliet plejers barranin, izda ngiebu minhabba li fl-opinjoni taghna kellna bzonn strikers bi kwalitjaiet diffferenti, li huma kompatibbli ghat-tip ta strategija li konna qed nippjanaw ghaliha fil-loghob taghna. Ghal darb'ohra, dan mhux xi sigriet, imma fatt, li t-tim taghna dan l-istagun kien qed isib diffikulta biex jiehu milli jista mic-cansijiet ta skor li konna qed nikkrejaw matul kull partita. Fil-fatt, f'diversi partiti, spiccajna nzidu l-pressjoni fuqna aktar ma jghaddi l-hin, ghax inkunu ghadna ma skurjajniex jew m'ghalaqniex il-partita.
Dan kien, u ghadu, qed ikollu effett negattiv fuq it-trankwilita u l-pressjoni fuq l-plejers waqt il-loghbiet. Izda nahseb taqblu mieghi, li xogholna kien li nibqghu nahdmu biex neghlbu dil-problema principali. U jien bhala kowc, ma nistax noqghod inhares u nsemmi biss dawn is-sitwazzjonijiet bhala problem fit-tim, u ma naghmel xejn biex insolviha, jew inhalliha taqtaghli qalbi. Ghalhekk bqajt nemmen u nahdem biex insolvu dil-problema, ghax naf li din setghet iggibilna hafna aktar konsistenza fil-loghob taghna. U din mhix problema li tkun gejja mill-istrikers biss, izda problema li tinvolvi s-setturi l-ohra kollha, ghalhekk xogholi kien aktar jinvolvi l-istrategija u l-moviment tat-tim kollu, milli mas-settur tal-attakk biss. Fic-Championship Pool, wara bidu tajjeb, kellna zewg zelqiet, u hawnhekk fejn spikka l-mument tal-verita. Id-distakk bejna u bejn il-Hibs zdied b'sitt punti, u quddiemna kellna zewg toroq - dik li tarmi x-xugaman, u dik li tibqa temmen f'dak li tkun ilek tahdem ghalih. Il-maratona kienet ghadha ma spiccatx, u li jkollok problema f'nofs it-tellieqa m'ghandiex ghalfejn twaqqfek milli tkompli t-tigrija!! U ahna hekk ghamilna, ghazilna t-tieni triq, dik li nibqghu niggieldu. Fost hafna kritika, minn diversi lati, ghamluli kuragg hafna nies. Bdejt nara l-plejers jemmnu f'dak li qed nghidu, l-amministrazzjoni dejjem baqghet taghtina l-appogg, u ghalkemm konna ghaddejjin minn mument difficli hafna, xammarna l-kmiem u konna lesti ghal dak li konna se nghaddu minnu. Hawn nixtieq nirringrazzja li dawk il-hafna supporters, suldati tal-azzar, li ma kenux supporters fil-bnazzi biss, izda kienu warajna wkoll f'mument daqshekk difficli. Nirringrazzjhom anke tas-sapport personali li tawni, ix-xewqa tieghi hi, li nhallashom lura bir-rebh tal-kampjonat. Irbahna lil M'Xlokk u gejna ghal konfront dirett mal-Hibs. Konna nafu li dan kien il-konfront li jista jhallina fuq saqajna. Morna ghalih, iggelidna, u gibna l-punti li ridna. Punti li ressquna aktar vicin taghhom, izda rebha li kienet tfisser, li minn wara dil-loghba, kien se jkun jiddependi minnha r-rebh tal-kampjonat, u mhux ikollna nistennew ir-rizultati ta haddiehor.
Gimgha wara rbahna lis-Sliema u naqqasna d-distakk ghal punt wiehed biss ergajna. Fl-20 t'April fis-7pm konna sitt punti 'l boghod mill-Hibs, fis-27 t'April fl-10pm gejna punt biss il-boghod - kollox f'gimgha. Issa wasalna ghall-ahhar erba' partiti fil-maratona ta battalji li ghandna. Irridu niehdu partita b'partita u nibqghu kkoncentrati, b'sahhitna u maghqudin. Wahedna ma nistghux naghmluha, izda flimkien iva. Nitlobkom tibqghu tkunu t-tnax-il ragel taghna. Ghandna bzonnkom. Anke jekk it-tim ikun ghaddej minn mument difficli jew ta instabbilta waqt il-partita, ghandna bzonn is-sapport kontinwu taghkom. Id-differenza li tistghu taghmlu fina, hija indeskrivibbli. Il-partita ta nhar it-Tnejn li gej kontra B'kara hija wahda mill-partiti li jista jkollha effett fuq ir-rebh tal-kampjonat, ghalhekk irridu nkunu ippreparati u sodi. Sfida ohra difficli, kontra tim li m'ghandu xejn x'jitlef, tim li jista jtellef il-punti lil kulhadd. Battalja ohra iebsa, li tista tressaqna aktar vicin tat-tragward. Niggilduha, flimkien niggilduha.
Filwaqt li nirringrazzjakom ta dak kollu li ghamiltu u qed taghmlu ghall-Klabb tal-Belt, kif ukoll ghas-sapport kontinwu li taghtu lili u lill-iskwadra, nawgura li dan ix-xahar jarana nghalqu l-impenji taghna ghal dan l-istagun, billi nilhqu l-ghanijiet taghna bl-ahjar mod possibli. Bikom warajna, inhossuna hafna aktar b'sahhitna.
Dejjem taghkom
Paul Zammit 02.05.09