Laqgha Generali Annwali 2009/2010 Published on: 28-05-2009

Għażież Membru,

Nixtieq ninfurmak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2009/2010 ser issir nhar il-Hadd 14 ta` Ġunju ġewwa s–Sala ta` San Duminku l-Belt Valletta.
IL-laqgħa tibda fid-9.00am u jekk ma jkunx hemm quorum fuq il-ħin imsemmi l– Laqgħa tibda nofs siegħa tard. L-aġenda għall-Laqgħa Ġenerali hija:

1. Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
2. Rapport Amministrattiv għall-istaġun 2008 / 2009
3. Rapport Finanzarju
4. Ħatra ta’ Awdituri għall-istaġun 2009 / 2010
5. Ħatra ta’ Election Commissioners
6. Diskors Mill-President
7. Mozzjonijiet u / jew emendi għall-Istatut.
8. Affarijiet oħra.

Se jiġu mressqa għall–approvazzjoni dawk l-emendi għall-bidla fl-istatut tal-Club li qed jipproponi l-Kumitat.

Dawk il-membri li huma nteressati li jaraw dawn l-emmendi proposti huma mitluba
li jżuru l-Kazin mit-Tnejn 8 ta` Ġunju sal-Ġimgħa 12 ta`Ġunju mis-6.00pm sat- 8.00pm. Is-segretarju Ġenerali se jkun il-Każin biex jispjega dawn l-emmendi proposti u jilqa nominazzjonijiet għall–kumitat u l-proposti tiegħek għal tibdil fl- istatut.

Inselli għalik
Joe Attard
Segretarju Ġenerali - 28.05.09