Klabbs: tal-Premier fuq Playstaion 3 Published on: 27-10-2010

Klabbs tal-Premier fuq Playstaion 3

Għeżież supporters Beltin, kif ukoll Maltin inġenerali
 
B'sodisffazzjon kbir din is-sena qegħdin nintroduċu għall-ewwel darba clubs Maltin fuq il-Playstation 3. Din l-inizzjattiva bdiet minni ċioe Gilbert Spiteri taħt l-isem Pro Malta 2010-2011. Din l-ideja ħarget 4 xhur ilu u propju kienu Valletta FC li laqaw l-istedina u ikkoperaw  billi ipprovdew ritratti tal-players, personali data bħal eta, tul  eċċ. Ta dan nixtieq nirringrazzja l-club belti kollhu, is-segretarju Joe Attard u lil webmaster Andrew Grima li ħadem mieghi b'kordinazzjoni kbira, eventwalment il-clubs l-ohra kollha bdew jikkopperaw sakem fis-26 ta` Ottubru ħarget il-patch bil clubs Maltin fuq il-loghba popolari tal-football Pes 2011.
 
Grazzi u nispera li il-loghba tkun ta` suċċess u tingħoġob magħkom id-dilettanti Maltin u fl-aħħar mill-aħħar il-Beltin kollha. Il-logħba tinkludi 10 teams tal-Premier li huma Valletta, B'kara, Floriana, Sliema, Birgu, M'xlokk, Qormi, Sliema, Hibs u Hamrun.

Gilbert Spiteri