Hogg: l-aqwa gowlkiper matul l-Ewwel Fazi Published on: 17-02-2011

Hogg l-aqwa gowlkiper matul l-Ewwel Fazi

Skond l-istatistika, il-gowlkiper internazzjonali Malti u ta' Valletta, Andrew Hogg, kien l-aqwa gowlkiper matul l-Ewwel Fazi tal-Kampjonat Premier minn total ta' 16-il gowlkiper.

Fil.verita matul id-90 partita, li fformaw iz-zewg rawnds, hadu sehem 18-il gowlkiper izda z-zewg gowlkipers, Ezequiel Lovizon (Birkirkara) u Nicky Vella (Valletta) ma gewx inkluzi fil-lista.

Dan minhabba li Lovizon laghab biss seba' minuti, proprju fid-debutt tieghu kontra Sliema Wanderers, minhabba injury serja f'idu filwaqt li Vella gie utilizzat f'zewg partiti biss b'hin effettwat ta' 123 minuta.

Dan huwa r-raba' stagun ta' Hogg ma' Valletta wara li ghamel id-debutt tieghu nhar is-27 ta' Awwissu, 2007, fit-telfa ta' 3-2 kontra Floriana.

Izda jekk dan l-istagun, s'issa, huwa l-aqwa gowlkiper, ir-rekord attwali mhuwiex l-aqwa wiehed personali tieghu. Minn 17-il partita, b'hin effetwat ta' 1497 minuta sofra 11-il gowl, media ta' 0.735 gowl kull partita.

L-ahjar rekord (f'dan l-istadju) irregistrah fl-istagun, 2008/09, meta minn 16-il partita, b'hin effettwat ta' 1439 minuta, sofra 10 gowls - medja ta' 0.695 gowl kull partita .

Fl-2007/08, dejjem fl-Ewwel Fazi, Hogg laghab 12-il partita, b'hin effettwat ta' 1060 minuta u sofra disa' gowls - medja ta' 0.849 gowl kull minuta.

L-'aghar' rekord personali kien dak tal-istagun li ghadda (2009/10) meta minn 18-il partita, bil-hin massimu ta' 1620 minuta, sofra 15-il gowl ghal medja ta' 0.926 kull partita.

Matul dan l-istagun, Hogg, ma giex meghlub fi 11-il partita biex il-11 gowl li sofra, f'sitt partiti, waslu minn Birkirkara (3), Hibernians (2), Tarxien Rainbows (2), Vittoriosa Stars (2), Sliema Wanderers (1) u Hamrun Spartans (1).

Barra minn hekk, huwa kien l-aktar gowlkiper li dam sofra gowl - 412-il minuta.

Fil-fatt huwa beda dan ir-rekord mill-gowl li sofra nhar it-23 ta' Ottubru, 2010, minn Daniel Bueno, fid-59 minuta, fir-rebha ta' 5-2 fuq Tarxien Rainbows u gie fi tmiemu nhar is-6 ta' Dicembru, 2010, meta sefa meghlub minn Edison Luis Dos Santos, fil-21 minuta, fir-rebha ta' 3-2 fuq Vittoriosa Stars.

Bejn dawn iz-zewg loghbiet huwa ma sofra l-ebda gowl kontra Marsaxlokk (2-0), Sliema Wanderers (4-0), Floriana (0-0) u Hamrun Spartans (0-0).

Source - L-Orizzont - Photo Credits - Ray Attard