Gilbert Agius: mistieden specjali tar-Roma Club Published on: 07-01-2011

Gilbert Agius mistieden speċjali tar-Roma Club

Il-captain ta' Valletta, Gilbert Agius, kien il-mistieden speċjali tar-Roma Club Malta.

Huwa ngħata merħba ġewwa s-swali tal-klabb f'Ħaz-Żabbar f'riċeviment imħejji apposta għall-membri, il-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Gilbert Agius irringrazzja minn qalbu lid-diriġenza tal-klabb talli stidnitu u onoratu b'rikonoxximent għall-karriera prestiġjuża tiegħu. Il-president tal-klabb Ray Sant, faħħar u awgura lil Gilbert aktar suċċessi fil-futur qarib.

Roberta Sant, f'isem ir-Roma Supporters Club ippreżentat plakka kommemorattiva lil Gilbert Agius fi tmiem is-serata fost iċ-ċapċip ta' dawk preżenti.

Din l-attivita' ngħatat prominenza wkoll f'diversi siti tal-partitarji Romanisti f'Ruma.

Source: Maltarightnow.com