Għall-loghob tal-futbol tal-UEFA Europa League bejn Valletta St. Patrick's Published on: 23-07-2009
Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghall-loghba tal-futbol tal-UEFA Europa League bejn Valletta Vs St.Patricks li ser tintlghab gewwa is- Centenary Stadium, Ta’ Qali, nhar l-23 ta’ Lulju, 2009:
- Il-biljetti tal-loghba qeghdin jinbieghu minghand l-istabiliment maghruf bhala L-Amerikan li jinsab fi Triq ir-Republika, Valletta.
- Li mhux se jsir l-ebda bejgh ta’ biljetti mill-Istadium.
- Min ma jkollux biljett mhux ser jithalla jidhol gewwa l-Istadium.
- Is-supporters ghandhom ikunu avzati li ser jithallew jidhlu biss fis-side tal-ground skond kif indikat fuq il-biljett li jkunu xtraw u cioe’ jew Side ‘A’ jew Side ‘B’.
- Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
- Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv, dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghob, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija.
- Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
- Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
- Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadium.
Raymond D’Anastas
Suprintendent - 23.07.09