Għall-logħba tal-futbol BOV Premier League Valletta vs Floriana 29-08-09 Published on: 26-08-2009

Il-Kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghob tal-futbol bejn MarsaXlokk u Dingli Swallows u bejn Valletta u Floriana li ser jintlghabu fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2009, ser isisru dawn l-arrangamenti:
  • Is-supporters tal-Valletta u ta’ Dingli S ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office West Stand Side C ta’ hdejn l-istess parking area. Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand. Il-hrug ghas-supporters ta’ Valletta u Dingli S, anki dawk li ser ikunu isegwu il-loghob mill-Millenium side, ser ikun mill-exit tal-West Stand Side C u cioe mill exit il-kbir.
  • Is-supporters tal-Furjana u MarsaXlokk ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office West Stand Side A. Il-hrug kollu ghas-supporters tal-Furjana u MarsaXlokk ser jkun mill-Millenium Stand Side C.
  • Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu for horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
  • Waqt it-tfittxijjiet maghmula mill-Pulizija kull supporter ghandu juri il-biljett tad-dhul ghal-loghob rispettiv jew is-‘Season ticket’. Dawk il-persuni li mhux ser jkollhom fil-pussess taghhom il-biljetti ghal-loghob, mhux ser jithallew jidhlu mill-Pulizija
  • Kulhad huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
  • Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadjum u fil-vicinanzi.
  • Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkohol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.


Raymond D’Anastas 26.08.09

Suprintendent