Capodanno: Tournament (Valletta - Triestina - Qormi) Published on: 23-12-2010

Capodanno Tournament
Waqt konferenza tal-ahbarijiet li saret fir-ristorant Pintonin fil-Valletta Waterfront gie kkonfermat li bejn is-27 u l-31 ta' dan ix-xahar se jzur Malta t-team Taljan tas-Serie B US Triestina. Dan se jkun qieghed jaghmel training camp f'pajjizna se jitharreg fit-training grounds f'Ta' Qali u fit-30 ta' Dicembru se jiehu sehem fi triangolari fl-istadium nazzjonali flimkien mal-leaders tal-kampjonat Premier Valletta u Qormi. Dettalji nghataw minn Kenneth Vella, President ta' Triestina Soccer School Malta, Robert Busuttil Vici President tal-iskola kif ukoll minn victor Sciriha, President ta' Valletta FC u Victor Camilleri vici president ta' Qormi FC. It-triangolari qieghed jissejjah Capodanno Cup.Akkumpanjat minn Robert Busuttil, Vici President tal-iskola, Vella beda billi rringrazzja lis-sinjuri Sciriha u Camilleri u l-kumitat rispettiv taghhom talli accettaw li jiehdu sehem f'dan it-triangolari. Hu kkonferma li US Triestina ddecidew li jaghmlu training campa wara li ftit tal-gimghat ilu waqqfu wkoll skola tal- football f'Malta bbazata fil-Kullegg De La Salle u anki taw l-opportunita' lit-tfajjel Jurgen Degabriele, fuq il-kotba ta' Hibernians, biex jitla' ghal trial mal-club.
'Il-club Taljan qieghed juri bic-car li jemmen fil-potenzjal ta' pajjiznau d-ddecizjoni li jigu Malta ghal training camp ittiehdet wara li fil-bidu tax-xahar kien hawn Malta s-sinjuri Francesco Schiraldi, li hu l-kap tas-sezzjoni tal-Youths fi hdan il-club Taljan, u l-preparatur tekniku tat-team tal-kbar Luca Bossi. Dawn kellhom ic-cans jiltaqghu ma' Bjorn Vassallo, CEO tal-MFA u spezzjonaw it-training grounds ta' Ta' Qali u l-istadium Nazzjonali. Raw ukoll mill-vicin lukandi diversi fejn jistghu jkunu allogjati u tkellmu mas-Segretarju Parlamentari ghaz-zghazagh u sport Clyde Puli. Il-kontingent Taljan se jkun allogjat fil-lukanda Mellieha Bay Hotel fl-Ghadira. Id-delegazzjoni ta' US Triestina se tkun immexxija mid-direttur generali Marco Cernaz' qal Vella.
Barra dan, iz-zjara tat-team Taljan ma kenitx tkun possibli minghajr l-ghajnuna finanzjarja ta' numru ta' sponsors fosthom Powerade, Circo Martin, Easy Gas Malta Limited, Marindex Trophies, Emotions, G7 u Fanintel. Fl-ahhar gimghat US Triestina xejn ma akkwistaw rizultati tajbin fil-kampjonat tas-Serie B u l-coach taghhom Ivo Iaconi qieghed ihares lejn l-esperjenza f'Malta bhala wahda li tista' taghti fiducja u motivazzjoni gdida lil players tieghu.
F'din l-inizjattiva, Triestina Soccer School Malta qieghed ikunu meghjuna minn numru ta' persuni fosthom Bro Martin Borg fsc, Direttur tal-Kullegg De La Salle, Anthony Thorne u Keith Perry. Matul iz-zjara taghhom f'Malta l-players u dirigenti ta' US Triestina se jaghmlu zjarat lil ghaqdiet tal-karita' u anki lis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli.
Id-dirigenti Taljani kienu ferm sodisfatti bil-facilitajiet li toffri l-MFA u qieghed jaghmlu minn kollox biex iz-zjara taghhom tkun success. Vella rringrazja wkoll lill-President tal-MFA is-sur Norman Darmanin Demajo u lis-CEO tal-istess Assocjazzjoni Bjorn Vassallo li mill-ewwel jum taw l-appogg taghhom lil din l-inizjattiva.
Dwar it-triangolari f'Ta' Qali fit-tletin tax-xahar, tkellem Robert Busuttil li ikkonferma li dan se jibda fis-6.30pm bil-konfront Qormi vs Valletta u jkun segwit minn Triestina vs Qormi u l-ahhar loghba tkun dik bejn Valletta u US Triestina. Kull partita se tkun ta' 45 minuta u f'kas li loghba tintemm draw jinghataw il-penalties. Se jinghata premju lit-team rebbieh u anki trofew lill-aqwa player tat-tornew skont il-voti tal-gurnalisti prezenti. Il-ko-ordinazzjoni ta' din il-votazzjoni se titmexxa mill-gurnalist Tonio Brigulio. Busuttil uikkonferma wkoll li ghat-trofew se jkun hawn Malta numru ta' gurnalisti Taljani li se jirraportaw iz-zjara tat-team u t-tornew fuq magazines Taljani, gazetti ta' kuljum u l-istazzjon televiziv Triestina Channel. Dan jikkonferma li tornew bhal dan hu strumentali wkoll fil-qasam tat-turizmu sportiv.
Waqt it-triangolari, subien li jattendu t-Triestina Soccer School Malta sa jinghataw ic-cans li jkunu Ta' Qali jassistu bhala ball boys. Dan barra li l-head coach tal-iskola Peter Pullicino se jkollu c-cans jighaqad mal-istaff tekniku ta' US Triestina ghal xi sezzjonijiet f'Ta' Qali biex ikabbar l-esperjenza tieghu. Triestina Soccer School Malta temmen fl-edukazzjoni tal-istaff taghha.
Il-biljett tad-dhul ghat-triangolari se jiswa Eur 6.00, filwaqt li tfal taht l-erbatax -il sena se jidhlu b'xwjn. Persuni bil-Kartanzjan sa jhallsu biss Eur 4.00. It-triangolari se jixxandar live fuq l-istazzjon Malta Stars ta' Melita plc.
