Avviz maħruġ mill-Pulizija rigward il-loghba Valletta vs Floriana Published on: 18-02-2009

Għeziz ħbieb Beltin,
 
Ippermettuli nerġa' noħdilkom ftit mill-ħin tagħkom sabiex taqraw dawn iI-kelmtejn.
 
Nibda sabiex nirringrazzjakom tal-koperazzjoni tagħkom mal-Pulizija wara 1-logħba tal-­FA Trophy bejn Valletta u l-Floriana, li ntlagħbet nhar is-Sibt 7 ta' Frar, 2009, kemm qabel kif ukoll wara din il-logħba.
 
B'risponsabbilta' ngħid I-Pulizija tinstab sodisfatta bl-imġieba matura u ddixiplinata li urejtu u 1-mod kif obdejtu 1-ordnijiet Ii ngħatawlkam f`dak li għandu x'jaqsam mal-ordni u 1-paċi pubblika u d-direttivi għad-direzzjoni tat-traffiku.
 
Nerġa' għal darb'ohra nitlobkom sabiex tobdu d-direttivi tal-Pulizija sabiex tinżamm 1-­ordni nhar il-Gimgħa 20 ta' Frar, 2009 għal logħba bejn Valletta u Floriana, kemm qabel, waqt u wara l-partita. Intom għal darb'oħra mitlubin sabiex waqt li sejrin il-ground lejn Ta' Qali mill-Belt Valletta, għandkom toħorġu mill-Belt fid-direzzjoni tal-Waterfrant għall-Marsa (mix-Xatt) u wara l-logħba mitluba tidħlu lura 1-Belt mill-istess direzzjoni, jiġifieri mill-Marsa direzzjoni Waterfront għal Belt.
 
Nerġa' għal darb 'oħra infakkarkom sabiex tiċċelebraw bl-etika, b'maturita ' b 'dixxipplina u bl-edukazzjoni u kull supporter għandu jkun responsabbli għall-aġir tiegħu sabiex ma jkunx hemm ebda inċident u tinżamm 1-ordni u 1-paċi pubblika bħal dejjem.
 
Nagħmel appell sabiex ukoll fil-ġranet tal-Karnival, speċjalment nhar it-Tlieta, meta il­karrijiet jidħlu Triq Sant'Anna il-Furjana, tinżamm 1-ordni u ma jindaqqux innijiet li ma għandhom x'jaqsmu xejn mal-Karnival. Nerġa' ntenni, li kull wieħed għandu jkun responsabbli u jirrispetta 1-opinjoni ta' ħaddiehor.
 
Nirringrazzja lill-President tal-Valletta FC is-Sur Victor Scriha, is-Segretarju is-Joe Attard, lis-Sur Noel Cachia u d-diriġenti tal-klabb, tal-koperazzjoni u 1-ħidma kbira li dejjem urew mal-Pulizija, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ebda inċident.
 
Grazzi mill-ġdid
Alexandra Mamo
Supritendent
18.02.09