Avviz mahrug mill-Pulizija rigward il-loghba Valletta vs Hibernins Published on: 17-04-2009
Il-kummissarju tal-Pulizija javza li ghal-loghba tal-futbol tal-BOV Premier League bejn Hibernians u Valletta li ser tintlghab fl-Istadjum Nazzjonali, Ta’ Qali nhar il-20 ta’April, 2009, ser isisru dawn l-arrangamenti:
- Is-supporters tal-Valletta ghandhom jidhlu f’Ta` Qali mit-Triq tar-Rabat, direzzjoni Millenium Stand u jipparkjaw il-vetturi taghhom f’dawk l-inhawi. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing officetas-South Stand taht l-iscore board u dan ghal dawk kollha li jridu jmorru gewwa l-enclosure. Ser jkun hemm ukoll dhul iehor mill-Millenium Stand Entrance ‘A’ ghal dawk is-supporters kollha li jkunu ser jaraw il-loghba mill-Millenium Stand.
- Is-supporters tal-Hibernians ghandhom jidhlu f’Ta` Qali min-naha tal-Pitkali, H’Attard, u jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parking area ta’ quddiem l-enclosure. Il-qtugh tal-biljetti tad-dhul tas-supporters ser isir mit-ticketing office ta’ hdejn l-istess parking area u cioe minn fuq il-bridge West Stand Side A
- Ser isiru tfitxijjiet fid-dhul ghall-Istadjum. Ghandu jigi mgharraf li mhux ser jigi permess li jiddahhlu horns, smoke canisters tal-kulur jew xi forma ta’ fireworks ohra, ikunu kif ikunu.
- Kulhadd huwa mwissi li mhux ser jithallew jiddahhlu fl-Istadjum oggetti iebsa li jistghu jintefghu jew li jkunu oggezzjonabbli.
- Kliem offensiv u mgieba abbuziva huma projbiti fl-Istadium u fil-vicinanzi.
- Ser jigi emfasizzat li persuni li jigu biex jidhlu fl-Istadjum u li jkunu taht l-influwenza ta’ l-alkahol mhux ser jithallew jidhlu fl-Istadjum.
- Mhux ser jithalla pparkjar ta’ vvetturi madwar l-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali u cioe fin-North Stand Area u fis-South Stand Area.
Raymond D’Anastas 17/04/08
Suprintendent