Avviz: mahrug mill-Pulizija Published on: 03-04-2010

Gheziez hbieb Beltin,

Ippermettuli nerga' nohdilkom ftit mill-hin taghkom sabiex taqraw dawn il-kelmtejn.

Nibda sabiex nirringrazzjakom tal-koperazzjoni taghkom wara kull loghba. Ta' bil-haqq u b'risponsabilta' nghid illi lhaqqna dak il-livell mixtieq minn kulhadd, livell matur, livell ta' maturita, livell li jgholli l-isem tal-Belt Kapitali taghna. Dan il-livell intlahaq ukoll fic-celebrazzjonijiet tal-festi kollha li gew iccelebrati gewwa l-Belt Umilissima matul is-sena li ghaddiet. Il-Beltin wassaltu messagg ta' kif ghandhom jigu ccelebrati l-festi religjuzi b'mod matur b'sens religjuz.

Nistaqarr li kultant il-bniedem uman jiehu l-attivitajiet, il-festi, kif ukoll l-isports wisq bis-serjeta' u minflok okkazzjoni ta' ferh ikunu okkazzjonijiet ta' ghira, ta' mibeghda u dizonesta' jew nuqqas ta' rgulija.

B'risponsabilta nghid illi l-Pulizija tinstab sodisfatta bl-imgieba matura u ddixiplinata li urejtu u l-mod kif dejjem obdejtu l-ordnijiet li nghatawlkom f'dak li ghandu x'jaqsam mal'ordni u l-paci pubblika.

F'kull okkazzjoni kemm religjuza kif ukoll sportiva, wassaltu l-messagg li kapaci ticcelebraw ilkoll flimkien b'etika, b'maturita', b'dixxiplina u b'edukazzjoni. Kontu dejjem responsabbli ghall-agir taghkom li wassal li dawn ic-celebrazzjonijiet kollha ntemmu minghajr ebda incident u inzammet dejjem l-ordi u l-paci pubblika.

Inheggigkom sabiex tkomplu fejn wasaltu. Ftakkru u heggu lill-Beltin sabiex jiccelebraw kull attivita' b'sens civili biex ma twegghux u l-anqas ma twegghu lil haddiehor, imma dejjem irrispettaw l-opinjoni ta' haddiehor.

Niehu din l-okazzjoni sabiex nawguralkom bhal dejjem u nawguralkom l-Ghid it-Tajjeb lilkom, lill-familji taghkom u l-komunita' Beltija.

Tislijiet
Alexandra Mamo
Supritendent
Ghassa tal-Belt Valletta